Bernard Grech jidħol fil-Parlament ... il-co-option issekondata minn Adrian Delia

Bernard Grech co-opted fil-Parlament imma għadu mhuwiex Kap tal-Oppożizzjoni

Bernard Grech jieħu l-ġurament ta' Deputat
Bernard Grech jieħu l-ġurament ta' Deputat

Illejla Bernard Grech ħa l-ħatra sabiex seta' jieħu post l-eks Deputat Ivan Bartolo u b'hekk issa huwa uffiċjalment Deputat Nazzjonalista imma għadu mhux Kap tal-Oppożizzjoni, kariga li se jingħata għada. 

F'messaġġ qasir ħafna huwa irringrazzja lid-Deputati kollha, lil familja tiegħu u qraba, kif ukoll lil martu u wiegħed ħidma għal ġid ta' Malta. 

Adrian Delia, li ssekonda l-co-option ta' Bernard Grech proposta mill-Prim Ministru Abela, qal li hemm bżonn li dak kollu li jsir mill-oppożizzjoni jsir dejjem għall-ġid tal-poplu kollu. 

Grech kien elett mit-tesserati nazzjonalisti nhar is-Sibt li għadda wara li kiseb 12,663 vot jew 69.3% tal-voti eliġibbli, rebħa pjuttost kbira fuq Adrian Delia li kiseb 5,622 vot jew 30% tal-voti.

More in Politika