Anzjana ta' 91 sena hija s-sbatax-il vittma tal-Covid-19 f'Malta

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19 fis-26 ta’ Awwissu

Anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6 ta’ Settembru.

Hija mietet fl-Isptar Mater Dei tard ilbieraħ filgħaxija. 

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Fl-aħħar jiem, il-każi dehru jiżdiedu fost l-anzjani, partikolarment għax kien hemm għexieren ta' każi fi djar tal-anzjani.

More in Politika