95% tat-tobba membri tal-MAM qed isegwu d-direttivi

Il-MAM lesta li twaqqaf id-direttivi minnufih malli l-Gvern iħabbar it-twaqqif tal-attivitajiet tal-massa

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li 95% tal-membri tagħha qed isegwu d-direttivi industrijali li ordnat ilbieraħ bil-għan li l-Gvern iwaqqaf minnufih l-attivitajiet kollha tal-massa.

Fi stqarrija, it-tobba qalu li l-uniku attività li għaddejja f'Mater Dei u li hija eżenti mid-direttivi, hija dik fl-emerġenza.

L-operazzjonijiet urġenti u dawk marbuta mal-kanċer qed isiru b'mod normmali.

It-tobba f'Għawdex, kemm fl-Isptar Ġenerali u anke fiċ-Ċentri tas-Saħħa, ukoll qed isegwu d-direttivi.

Il-MAM lesta li twaqqaf id-direttivi minnufih malli l-Gvern iħabbar it-twaqqif tal-attivitajiet tal-massa.

Agħfas hawn biex tara x'inhuma d-direttivi.

More in Politika