10 każi ġodda, sitta mill-festa ta' Santa Venera - Ħafna minn dawk bis-sintomi ma marrux għax-xogħol

10 każi ġodda għal total ta' 150 każ attiv li jinkludu 85 immigrant

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 10 każi ġodda ta' Covid-19 li huma kollha lokali u li l-maġġoranza tagħhom - jiġifieri sitta -  huma mill-festa ta' Santa Venera.   Dawn l-10 jirriżultaw minn 1,314-il swab  b'total issa ta' 126,999 swab minn meta Malta kellha l-ewwel każ lura f'Marzu. 

L-erba' każi oħrajn huma sporadiċi u allura mhumiex marbutin ma' attività waħda jew grupp wieħed partikolari. 

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu illi l-maġġoranza ta' dawk li rriżultaw fil-pożittiv ma marrux għax-xogħol u allura t-tixrid kien aktar ikkontrollat. 

Bla ebda persuni li fiequ fl-aħħar 24 siegħa, in-numru ta' każi attivi issa huwa ta' 150, li jinkludu wkoll 85 immigrant li ġew pajjiżna din il-ġimgħa. 

More in Politika