Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Chris Cardona għadda l-ittra tar-riżenja minn Deputat Mexxej lill-Partit Laburista. Kien Abela stess li lbieraħ talbu jagħmel dan.
F'kummenti lill-ġurnalisti, Abela saħaq li diġà beda l-proċess biex il-Partit Laburista jkollu Deputat Mexxej ġdid. Qal li l-Partit Laburista se jsejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja fit-tieni ġimgħa ta' Lulju.
Sa issa Cardona ma lissen l-ebda kelma dwar ir-riżenja tiegħu.
Cardona qed ikun implikat fil-Qorti fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, allegazzjonijiet li hu ċaħad u qed jiddeskrivi bħala 'attentat ta' frame-up.'
Aqra wkoll: