Filmat | Aħna lesti. Inti lest? Ejja ħa mmorru ... nibdew mill-ġdid'

L-Air Malta tniedi filmat promozzjonali mill-isbaħ biex tħajjar lin-nies  - Maltin u barranin - jużaw l-Linja Nazzjonali

Tlaqna?  Membri tal-Ekwipaġġ tal-Air Malta
Tlaqna? Membri tal-Ekwipaġġ tal-Air Malta

Fl-aħħar sigħat il-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta nediet filmat promozzjonali mill-isbaħ illi fih qed tħajjar lill-Maltin u lill-barranin li jixtiequ jiġu Malta biex jużaw l-Air Malta. 

Din il-ġimgħa l-kumpanija ħabbret illi se tibda b'dawn id-destinazzjonijiet: Berlin, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, il-Lussemburgu, Munich, Vjenna u Żurich.

Fil-filmat promozzjonali l-Air Malta terġa tmur lura għall-aħħar ġimgħat iddominati mill-pandemija u tgħid li issa l-ħajja reġgħet bdiet ġejja għan-normal.  "Għadda ftit żmien.  Waqafna biex ħadna nifs. Għamilna sagrifiċċji u nafu li int għamilt ukoll.  Issa aħna lesti.  Int lest?  Ejja ħa mmorru. Nibdew mill-ġdid. Tir mal-Air Malta." 

Il-Gvern Malti ħabbar li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta se jifaħ għal 19-il destinazzjoni.  Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn uħud minnhom u jekk fil-fatt dawn fetħux għal pajjiżna sa issa. 

L-Air Malta kienet fl-aħbarijiet nhar is-Sibt li għadda hekk kif fallew diskussjonijiet mal-bdoti, xi ħaġa li wasslet biex nofs il-bdoti jitkeċċew mix-xogħol.  

More in Politika