Mater Dei | 'Katalist għas-settur tas-saħħa iżda sewa ħames darbiet aktar minn kemm ippjanat'

L-Awditur Ġenerali saħaq li dan kien riżultat ta’ nuqqasijiet relatati mal-immaniġġjar tal-kuntratt, tal-proġett u ta’ governanza

Id-disinn tal-Isptar Mater Dei kkontribwixxa biex l-ispiża tal-kostruzzjoni qabżet il-benchmarks internazzjonali, skont rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li ġie ppreżentat illum fil-Parlament.

L-eżerċizzju komparattiv li sar wera kif id-disinn ta’ Mater Dei u l-ispiża relatata mal-kostrizzjoni, kienet 30% ogħla, kull metru kwadru, meta wieħed iqabbel dan mal-kostruzzjoni taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamy.

Mater Dei sewa €583 miljun u anke jekk ir-rapport jisħaq li dan kien katalist biex ittrasforma s-sistema tas-saħħa ta’ Malta, fl-istess waqt kien ikkaraterizzat minn problemi ta’ kwalità u anke spejjeż ogħla minn dawk previsti.

Fi kliemu, dan kien riżultat ta’ nuqqasijiet relatati mal-immaniġġjar tal-kuntratt, tal-proġett u ta’ governanza. 

Fil-fatt, l-Awditur innota kien l-ispiża tal-isptar qabżet b’ħames darbiet il-miri oriġinali.

Il-proġett kien beda fl-1987 u tlesta fl-2008. L-Awditur innota kif il-bidla fil-politika tal-Gvern, l-iskop tal-isptar, id-daqs u anke d-disinn, li raw żewġ bidliet ta’ Gvernijiet suċċessiv, ikkontribwixxew biex żdiedu l-ispejjeż u anke biex il-proġett dam aktar biex ikun konkluż.

Anke jekk innota li proġetti maġġuri bħal dawn huma xuttebbli għal xi kwistjonijiet li jsemmi r-rapport, f’dan il-każ l-impatt ta’ diversi nuqqasijiet seta' jitnaqqas jew saħanistra jkun evitat.

L-Awditur tenna l-importanza tal-ippjanar, il-kordinazzjoni bejn il-partijiet interessati għal mekkaniżmi ta’ kontroll effettivi biex il-proġetti kemm jista’ jkun ma jaqbżux il-budget.

More in Politika