Jekk tbati bl-allerġija żomm għajnejk miftuħa

Spjegat kif min ibati bl-allerġija u jħoss xi sintomi mhux tas-soltu, jew sintomi li jippersistu jew jiggravaw, iċemplu minnufih in-numru 111 biex isirilhom it-test

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, innotat kif qed ikun hemm diversi pazjenti li jbatu bl-allerġija u ma jmorrux għat-test għax is-sintomi tal-virus huma simili ħafna għal dawk li jkollhom normalment.

Fil-fatt, fost il-każi l-ġodda tal-lum, hemm pazjenta li kienet ilha bis-sintomi mis-6 ta' April. Li ġara huwa li din il-mara kellha sintomi, simili għal dawk li jkollha s-soltu għax tbati bl-allerġija.

Kien għalhekk li Gauci appellat biex min ibati bl-allerġija, iżomm għajnejh miftuħa. 

Spjegat kif min ibati bl-allerġija u jħoss xi sintomi mhux tas-soltu, jew sintomi li jippersistu jew jiggravaw, iċemplu minnufih in-numru 111 biex isirilhom it-test.

Aqra wkoll:

More in Politika