Il-Prim Ministru jisħaq li s-settur tal-kostruzzjoni se jkun kruċjali għall-ekonomija wara l-pandemija

Abela fakkar li għal diversi xhur id-dħul mis-settur tat-turiżmi, wieħed kruċjali għal Malta, se jkun wieqaf kompletament

Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt il-programm Xtra, saħaq li s-settur tal-kostruzzjoni se jkun wieħed mill-aktar importanti hekk kif il-pajjiż ftit ftit joħroġ mill-kriżi li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19.

Abela saħaq li filwaqt li ma jridx jagħti l-impressjoni li se jkun hawn "kostruzzjoni bl-addoċċ," insista li dan se jkun wieħed mis-setturi l-aktar kruċjali biex ir-rota tal-ekonomija terġa' tibda ddur meta ftit ftit il-pajjiż jirritorna għan-normal.

Fakkar li dan se jkun żmien meta "għal numru ta' xhur," id-dħul mis-settur tat-Turiżmu, li dejjem kien kruċjali għall-ekonomija Maltija, se jkun "żero," indikazzjoni li ma hemm l-ebda intenzjoni li l-ajruport jerġa' jiftaħ fil-futur qrib, anke għax dan ma jiddependix biss mis-sitwazzjoni tal-imxija f'Malta.

More in Politika