Tmien persuni oħra injoraw il-liġi u weħlu multa’ €100 kull wieħed wara li nqabdu f’ġemgħat ta’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.
Intant, għall-ħames jum, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ
L-appell huwa wkoll biex il-pubbliku ma jinġemax fi gruppi quddiem take-aways jew deliveries iżda jżomm id-distanza bejn persuna u oħra.
Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq in-numru 21692447.