14-il każ ieħor ta' coronavirus; Tliet pazjenti kienu fl-isptar Monte Karmeli
Hekk it-total ta' każi tela' għal 241 persuna
More in Politika
Hekk it-total ta' każi tela' għal 241 persuna
Fl-aħħar 24 siegħa, hekk kif saru 555 test, erbatax-il persuna oħra rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Hekk it-total ta' każi tela' għal 241 persuna.
Minn dawn, żewġ pazjenti huma Għawdxin, inkluż mara ta' 67 sena li ddaħlet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hekk kif bdiet tbati minn qtugħ ta' nifs.
Tliet pazjenti oħra, huma pazjenti tal-isptar Monte Karmeli u jinsabu kollha fl-istess sala. Wieħed minnhom huwa Eġizzjan li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far.
Żewġ pazjent oħra daħlu l-isptar fuq kundizzjoni li ma għandhiex x'taqsam mal-Covid-19. Dawn sarulhom it-testijiet, kif qed isir lill-pazjenti l-oħra kollha f'Mater Dei u t-tnejn li huma rriżultaw pożittiv.
Id-dettalji tal-każi l-ġodda:
Ħafna mill-pazjenti għadhom f'kundizzjoni ta' saħħa tajba. F'Għawdex hemm pazjenta waħda, f'Monte Karmeli hemm tliet pazjenti, f'Mater Dei hemm tmien pazjenti, apparti t-tlieta li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, f'Boffa hemm 16-il pazjent u fl-isptar St. Thomas hemm 20.
Il-bqija tal-pazjenti jinsabu d-dar tagħhom.