L-ewwel protesta organizzata minn Repubblika u Occupy Justice kemm ilu Prim Ministru Robert Abela attirat biss folla żgħira ta' ftit għexieren ta' nies. Dan b'kuntrast mal-protesti tal-aħħar ġimgħat tal-2019, bl-akbar waħda tkun nhar il-Ħadd l-1 ta' Diċembru, liema protesta saret fi Triq ir-Repubblika. Dakinar il-Gvern kien maħkum minn waħda mill-agħar kriħijiet politiċi fl-ħħar 30 sena u dakinhar ukoll filgħaxija l-PM Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru.
Il-protesta quddiem il-Parlament involviet lil dawk preżent jgħajtu 'barra', 'mafja' u 'ġustizzja', simili għal dak li sar f'pratttikament kull protesta oħra.
"Nirrispetta d-dritt li persuna tipprotesta imma ma nħossx li protesta f'dan il-ħin kienet meħtieġa." Hekk sostna l-PM Robert Abela f'kummenti u tweġibiet lill-ġurnalisti barra l-Parlament.
Din il-manifestazzjoni ssejħet wara l-aħħar żviluppi li raw lil Konrad Mizzi jitlef kuntratt mal-MTA li ngħata ftit wara li rriżenja. Mizzi issa ma jidher li għad fadallu ebda kariga u rbit mal-Gvern, għajr li huwa Deputat.
Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Abela fakkar illi l-kuntratt kin iffirmat meta hu kien qed jikkampanja għall-kariga li għandu u li malli sar jaf bih mill-ewwel ttieħdet azzjoni.
Temm jgħid li l-priorità hija li ma jkunx hemm kontroversji bla bżonn .li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna.
F'inidirizz lil dawk preżenti Manuel Delia qal illi ma jagħmilx sens li jingħad illi Abela għandu jingħata ċans għaliex f'kumpaniji mhux hekk jiġri. Qal ukoll li l-mafja ma tridx illi dawk li qed jipprotestaw jitkellmu imma jridu s-silenzju.
(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)