Residenti tal-Kottonera b'ittra miftuħa lill-politiċi biex jitolbu appoġġ dirett kontra l-proġett tal-AUM

Din l-ittra ntbagħtet ftit qabel il-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, skedata li ssir fil-21 ta’ Novembru

Il-grupp ta’ residenti mill-Kottonera li għaqdu l-grupp ‘Azzjoni: Tuna Artna Lura’ flimkien mal-Forum Komunità Bormliża u disa’ NGOs oħra, bagħtu ittra miftuħa li fiha qed jappellaw lir-rappreżentanti politiċi biex jissapportjawhom fl-oġġezzjoni tagħhom kontra l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-kampus tal-Università Amerikana ta’ Malta.

Din l-ittra ntbagħtet ftit qabel il-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, skedata li ssir fil-21 ta’ Novembru.

Il-membri kollha tal-bord indikaw li se jivvotaw kontra l-iżvilupp propost, madanakollu l-uffiċjal tal-każ xorta qed jirrakkomanda li l-iżvilupp ikun approvat.

Propju għalhekk li l-ittra qed titlob lir-rappreżentanti politiċi kollha biex jagħtuhom “sapport dirett, immedjat u pubbliku biex jitwaqqaf l-iżvilupp,” li fi kliem ir-residenti “hu ta’ dettriment għall-komunità Kottonera u huwa ta’ theddida għall-parti importanti mill-wirt storiku Malti.”

Intant, nhar il-Ħadd li ġej, fil-11:00am, se tkun organizzata dimostrazzjoni kontra l-proġett.

L-ittra ġiet mibgħuta lill-Prim Ministru, lil Chris Agius, Glenn Bedingfield, Joe Mizzi u Stephen Mizzi, liema Deputati kollha jikkontestaw fit-Tieni Distrett.

Kienet mibgħuta wkoll lill-Ian Borg li l-Ministeru tiegħu huwa responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar u lil Owen Bonnici li taħt il-Ministeru tiegħu taqa’ wkoll ir-riġenerazzjoni tal-Kottonera

L-ittra ġiet iffirmata minn:

  • Din L-Art Ħelwa
  • Flimkien Għal Ambjent Aħjar
  • Friends of the Earth 
  • Futur Ambjent Wieħed,
  • International Tree Foundation
  • Moviment Graffitti
  • The Archaeological Society Malta
  • The Ramblers' Association of Malta
  • Żminijietna - Voice of the Left

L-ittra miftuħa mibgħuta mir-residenti tal-Kottonera
L-ittra miftuħa mibgħuta mir-residenti tal-Kottonera
L-ittra miftuħa mibgħuta mir-residenti tal-Kottonera
L-ittra miftuħa mibgħuta mir-residenti tal-Kottonera

More in Politika