Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru Edward Scicluna ħabbar numru ta' investimenti fuq wirt kulturali fosthom fuq l-akbar fortizza fl-Ewropa, il-Forti Ricasoli.
Il-Forti Ricasoli huwa forti massiċċ fil-Kalkara. Il-kostruzzjoni tal-forti bdiet taħt id-direzzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1670 u spiċċat fl-1698.
Restawr simili se jsir fuq il-Cottonera Lines u l-Victoria Lines.
Il-Ministru Scicluna Ħabbar ukoll li se jibda xogħol ta’ skavar arkeoloġiku sabiex jiġu salvati l-fdalijiet tat-tempju neolitiku ta’ Xrobb l-Għaġin u t-twaqqif ta’ Unit tal-Wirt Kultura ta’ taħt il-Baħar.