'Nappella lill-Gvernaturi biex fid-deċiżjoni tagħhom jaraw l-interess ta' pajjiżna'

Għada il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet mistenni jiddeċiedi sabiex numru ta' poteri jkunu delegati mill-Bord

Hekk kif għada il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet mistenni jiddeċiedi sabiex numru ta' poteri jkunu delegati mill-Bord u jingħataw lil individwu wiehed, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia appella sabiex fid-deċiżjoni tagħhom il-gvernaturi jaraw l-interess ta' pajjiżna.

"Nappella lill-Gvernaturi biex fid-deċiżjoni tagħhom jaraw l-interess ta' pajjiżna, u jwarrbu l-kuluri partiġġjani. Infakkar li l-Awtorità tal-Artijiet twaqqfet sabiex ma jkomplux isiru l-iskandli li rajna fil-leġislatura li għaddiet fid-Dipartiment tal-Artijiet fosthom Cafe Premier, Australia Hall u Strada Zekka," qal Delia.

Żied jgħid li, "l-Oppożizzjoni se tkun qed tipproteġi u tiddefendi kull gvernatur li jqum sabiex jiddefendi l-interess nazzjonali, sabiex id-deċiżjonijiet  fl-Awtorità tal-Artijiet ma jibdewx jittieħdu minn persuna waħda b'mod partiġġjan, għaliex f'idejhom hija r-responsabbiltà li nħarsu it-tmexxija tal-artijiet tagħna lkoll," qal Delia.

 

More in Politika