Filmat | L-ILLUM tmur Buġibba ... l-immigranti kollha lura tlett ijiem wara li tkeċċew

Immigranti jikkonfermaw li ħafna minn dawk li nhar it-Tnejn tkeċċew minn binja f'Buġibba reġgħu kważi kollha lura fiha

Tliett ijiem ilu biss!
Tliett ijiem ilu biss!

Wara ħafna attenzjoni tal-midja u Pulizija preżenti fi Triq il-Ġifen, nhar it-Tnejn li għaddew, hekk kif aktar minn 100 immigrant tneħħew mill-binja li kienet skola tar-Russi, l-illum.com.mt jista' jerġa jikkonferma mill-ġdid illi l-immigranti reġgħu marru kollha f'din il-binja. 

Fil-fatt dan is-sit mar fuq il-post biex sab numru ta' immigranti madwar il-bieb ta' barra jduru u jħufu kif ukoll xi persuni Maltin. Immigranti li tkellmu ma' dan is-sit ikkonfermaw li ħafna minnhom reġgħu jinsabu f'din il-binja, filwaqt li kkritikaw il-mod kif il-Pulizija trattawhom. 

Intant ara hawn x'qalu l-immigranti dwar ir-raġuni għalfejn marru lura f'din il-binja.  

 

More in Politika