Il-protesta li l-Moviment Graffitti ħabbar li se jkun qed jagħmel, se ssir nhar is-Sibt 7 ta' Settembru.
Fuq Facebook, il-Moviment Graffitti saħaq li matul il-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jippubblika dettalji u informazzjoni dwar kif wieħed jista' jipparteċipa fil-protesta.
L-attivisti saħqu li t-tama tagħhom hija li minbarra protesta, dan l-avveniment iwassal ukoll it-talbiet taċ-ċittadini lill-awtoritajiet.
Intant, ilbieraħ inġabru €20,000 biex ikun sfidat legalment il-proġett tas-Central Link.