L-Istrateġija nazzjonali tal-isport kienet mnedija illum bl-għanijiet tagħha jkunu li l-attività fiżika tkun integratra fil-ħajjiet tal-Maltin u li tkun inkoraġġuta ġenerazzjoni ta' atleti li jilħqu l-ogħla livelli u esperjenza f'avvenimenti internazzjonali.
L-istrateġija se tinqasam fuq perjodu ta' 10 snin u sal-2022 se tkopri investiment ta' €30 miljun f'faċilitajiet sportivi u €6 miljuni f'taħriġ għall-atleti. Dan se jinkludi kowċis barranin li jiġu hawn Malta biex jitjieb il-livell fl-isports u atletika lokali.
Dan huwa lil hinn mill-€11-il miljun lill-SportsMalta annwalment.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal illi t-tnedija tal-istrateġija tirrapreżenta ż-żerriegħa tal-frott li se jwassal għal titjib fil-kwalità, tibdil fil-mentalità u suċċessi barra mill-pajjiż.
"Irridu riżultati pożittivi," sostna Grima.
L-istrateġija qed timbutta poplu li huwa aktar attiv u san, qed tistimula kultura ġdida ta' sport, qed ittejjeb il-kompetenzi, titrasforma lil Malta f'ċentru ta' eċċellenza sportiva u twassal għal suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi s-settur qed iħares lejn l-2023, is-sena illi matulha se jsiru l-logħob għall-pajjiżi ż-żgħar f'Malta.