L-AD twiegħed li se taħdem bi sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u persuni LGBTIQ

Il-kandidati tal-Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijiet tal-MEP jiffirmaw dikjarazzjoni

Il-kandidati tal-Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijeit tal-Parlament Ewropew Mina Tolu u Carmel Cacopardo, iffirmaw id-dikjarazzjoni,' ILGA-Europe Come Out'. B'din id-dikjarazzjoni, Tolu u Cacopardo qed jwiegħdu li se jkunu qed jaħdmu bi sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza għall-persuni kollha (LGBTIQ) fl-UE.

Tolu qalet li, "huwa ta' unur li nagħmel din il-wiegħda bħala kandidata tal-AD, jekk niġi eletta se naħdem flimkien ma' attivisti ta’ LGBTIQ u niżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni legali għd-drittijiet tal-bniedem u ta’ persuni LGBTIQ fl-UE."

Cacopardo żied jgħid, "se nkun qed insaħħaħ il-leħen tal-persuni LGBTIQ, mhux biss jekk jiġi elett, imma wkoll fir-rwol tiegħi bħala president tal-Alternattiva Demokratika. L-UE toffri protezzjoni u r-rispett kollu għall-persuni LGBTIQ."

Fil-passat, Tolu waqqfet 'We Are - LGBTIQ Youth and Student Organisation fl-Università ta' Malta fl-2010. Hi serviet fil-kumitat eżekuttiv ta' We Are mill-2010 - 2014. Apparti minn hekk, minn Mejju 2014 sa tmiem l-2015 hi ssieħbet mal-bord tal-IGLYO - The International LGBTIQ Youth and Student Organisation bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni u aktar tard bħala Co-Chair. 

Mill-2015 sal-2018, Mina ħadme ukoll fi Transgender Europe - TGEU, organizzazzjoni Ewropea li tagħti vuċi lil persuni trans-Ewropej fl-Ewropa u favur id-drittijiet trans u l-ġustizzja soċjali.

Aqra iktar dwar il-wegħda ta 'Out Out: http://www.comeout.eu

More in Politika