Il-membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat Permenenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, vvutaw kontra l-ħatra ta' Karl Izzo bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux resident għall-Montenegro.
Fi stqarrija, il-PN saħaq li din n-nomina ma tilħaqx il-livell li huwa mistenni fir-rappreżentanza diplomatika
“Il-kriterju tal-għażla għandu jkun aktar bbażat fuq l-esperjenza professjonali, kompetenza u formazzjoni f'din il-linja u mhux fuq il-prattika żbaljata u anti-meritokratika tal-ħbieb tal-ħbieb,” saħaq il-Partit Nazzjonalista.
Fl-istqarrija, il-PN saħaq li l-Montenegro huwa pajjiż importanti fi ħdan l-familja Ewropea u membru futur tal-Unjoni Ewropea waqt li ffakkar li pajjiżna diġà ta l-appoġġ tiegħu għal din il-kandidatura direttament u pubblikament.
“Il-membri fi ħdan dan il-kumitat jidhrilhom għalhekk li din d-deċiżjoni hija waħda żbaljata u tindika li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tilef d-direzzjoni t-tajba u qiegħed jixħet f'dell ħidma diplomatika kostanti u sostnuta,” temm jgħid il-PN.