Il-PM jgħid li ċerti pajjiżi tal-UE ma jafux x'inhu jiġri fuq l-immigrazzjoni

...jgħid ukoll illi l-Libja tista' tkun sieħeb internazzjonali importanti b'ekonomija b'saħħitha

Il-PM Joseph Muscat jiltaqa' mal-Ambaxxaturi
Il-PM Joseph Muscat jiltaqa' mal-Ambaxxaturi

"Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni turi nuqqas ta' għarfien tal-kwistjoni fost xi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea." Hekk sostna il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza lill-ambaxxaturi.

Huwa qal illi l-kwistjoni tal-immigrazzjoni qed tesponi dgħjufija serja u nuqqas ta' għarfien f'dak li qed jiġri fin-nofsinhar tal-kontinent. 

"L-istabbilità fir-reġjun tfisser soluzzjoni għall-imigrazzjoni," sostna l-PM filwaqt li rringrazzja lit-tmien pajjiżi oħrajn li aċċettaw li jieħdu numru ta' immigranti. "L-immigrazzjoni se tibqa' kwistjoni għall-Ewropa fil-ġimgħat, xhur u snin li ġejjin. Jekk ninjorawha, nagħmlu dan għad-detriment tal-futur tal-UE, bħala unjoni." 

Huwa qal illi appoġġja l-Patt Globali tal-Migrazzjoni minħabba li jemmen illi hemm bżonn ta' dimensjoni globali tar-realtà tal-immigrazzjoni,  li tmur lilhinn mill-fruntieri Ewropej," sostna Muscat. 

Muscat sostna illi huwa importanti li l-Libja tkun stabbli hekk kif Libja stabbli tfisser li jkun stabbli r-reġjun kollu tal-Mediterran.

"B'dawk ir-riżorsi kollha li jistgħu jagħmluha ekonomija b'saħħitha l-Libja tista' tkun sieħeb internazzjonali," qal Muscat. 

Ara x'ifisser il-Patt Globali tal-Migrazzjoni hawnhekk

More in Politika