Raġel ta' 32 sena ingħata sentenza ta' 18-il xahar ħabs wara illi instab ħati illi seraq minn żewġ ristoranti fi spazju ta' inqas minn xahar.
Ir-raġel, li huwa ta' nazzjonalità Tuneżina u li jgħix il-Furjana, kien akkużat illi nhar id-29 ta' Settembru fl-10:00 a.m seraq madwar €120 fi flus kontanti mir-ristorant 'Patakka' fil-Belt Valletta.
Hu kien akkużat ukoll illi seraq 'handbag' ta' mara fir-ristorant Aaron's Kitchen, fil-Belt Valletta ukoll nhar l-1 ta' Novembru. Il-basket tal-mara kien fih ftit flus kontanti u karti ta' kreditu.
Ir-raġel, li huwa riċediv, inqabad wara t-tieni serqa.
L-Avukat Mark Mifsud Cutajar serva bħala għajnuna legali għall-akkużat filwaqt li l-Ispettur Daryl Borg. .