Żona f'Bormla issa se tagħti spazju għal 68 appartament ġdid tal-gvern, f'proġett ta' housing soċjali.
Dan il-proġett qed isir fuq medda ta' 3,000 metru kwadru u jgħaqqad erba’ toroq f’Bormla: Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark, Triq Santa Elena u Triq Hanover.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal illi l-proġett sar grazzi wkoll għal konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u diversi NGOs fl-inħawi biex tkun iktar faċli għar-residenti jingħaqdu mal-bqija tal-komunità Bormliża.
Se jkun hemm ukoll 110 spazju ta’ parkeġġ filwaqt li se jkun hemm ukoll mat-850 metru kwadru ta’ spazju miftuħ.
Dak ta' Bormla huwa parti minn proġett ferm ikbar, b'investiment ta' €50 miljun, f'housing soċjali.