L-Awtoritá tal-Ippjanar (PA) ikkonfermat li kienet hi li neħħiet 900 kartuna b'messaġġi indiretti kontra l-Gvern u l-Prim Ministru illi tpoġġew mill-grupp Kenniesa matul il-lejl u li kienu mpoġġija fit-triq illi juża l-Prim Ministru biex imur Kastilja.
L-Awtorità iddeskriviet dawn il-messaġġi fuq il-kartun u posters bħala koroh u li tpoġġew mas-siġar b'mod abbużiv.Fakkret kif ma kienx hemm permess biex isiru u jistgħu jitqiesu bħala periklu għal waqt is-sewqan.
Fakkretukol kif ir-regoli dwar ir-riklamar u l-billboards jipprojbixxu it-tpoġġija ta' 'placards' bħal dawk li kienu mwaħħla.
IL-PA qalet illi neħħiet ukoll posters u messaġġi 'abbużivi' li kienu mwaħħlin madwar il-pajjiż, anke ma' tiżjin tal-festi.