'Giddibin' u 'ħallelin'...900 messaġġ fit-triq li minnha jgħaddi Muscat għax-xogħol

Il-grupp 'kenniesa' waħħlu 900 messaġġ biex ifakkru fuq il-bżonn ta' ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia...

Il-Kampanja għall-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia kompliet dan il-lejl bit-twaħħil ta' bosta messaġġi ma' siġar. Il-Kenniesa qalu li l-messaġġi twaħħlu fit-triq illi minnha jgħaddi l-Prim Ministru għax-xogħol. 'Lill-pupi tiegħu ngħidulhom għandkhom 900 messaġġ ta' verità, imma dawn id-900 huma biss parti mill-verita.' 

Il-Messaġġi miktubin fuq biċċiet tal-kartun kienu jgħidu 'giddibin', 'ħallelin', 'ġustizzja għal Daphne' u '9 xhur', fost oħrajn. 

More in Politika