IVF | 'Id-Deputati li se jivvutaw favur l-emendi se jġorru responsabbilità kbira'
Miriam Sciberras ħeġġet lid-Deputati biex jirriflettu sewwa fuq l-implikazzjonijiet serji ta’ dawn l-emendi
More in Politika
Miriam Sciberras ħeġġet lid-Deputati biex jirriflettu sewwa fuq l-implikazzjonijiet serji ta’ dawn l-emendi
Il-Membri Parlamentari li se jkunu qed jivvutaw favur l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun (IVF) se jkunu qed iġorru responsabbilità kbira.
Dan qalitu fi stqarrija ċ-Ċermen ta’ Life Network Foundation, Miriam Sciberras, li matulha ħeġġet lid-Deputati biex jirriflettu sewwa fuq l-implikazzjonijiet serji ta’ dawn l-emendi.
Saħqet kif kienu ħafna dawk li tkellmu u fi kliemha “eluf ta’ ċittadini Maltin huma mħassba dwar dawn il-proposti."
“Rajna attentati biex l-embrijun uman ma jkunx meqjus uman u anke biex id-drittijiet tat-tfal jingħataw il-ġenb,” saħqet Sciberras.
Kompliet tispjega li diversi studji mediċi u akkademiċi wrew kif:
Fid-dawl ta’ dan, Sciberras saħqet li d-Deputati li se jivvutaw favur se jkollhom fuq il-kuxjenza tagħhom l-abbandun u t-telf tal-embrijuni u anke l-effetti negattivi li jista’ jkun hemm fuq it-trabi, it-tfal u persuni vulnerabbli oħra.
Temmet tisħaq li l-konsultazzjoni li qed issir mhux qed tagħti spazju lill-esperti biex jindirizzaw il-Parlament.
Aqra aktar