Il-Qorti laqgħet it-talba li tressqet mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) biex is-sorsi ta’ Daphne Caruana Galizia jibqgħu jiġu mħarsa u jingħataw il-protezzjoni meħtieġa matul l-investigazzjonijiet li qed isiru.
Il-Maġistrat Antonio Vella laqa’ din it-talba li l-IĠM għamlet dakinhar li saret dimostrazzjoni silenzjuża fil-Belt Valletta ftit jiem wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, liema inizjattiva sabet l-appoġġ tal-kmamar tal-aħbarijiet kollha f’Malta.
Fi stqarrija, l-IĠM qal li qed jilqa’ b’sodisfazzjoni d-deċiżjoni tal-Maġistrat biex jiġu mħarsa s-sorsi.