Il-ġurnalisti magħqudin favur il-ħarsien tal-espressjoni

  • Ġurnalisti mill-midja f'Malta jattendu għal mixja silenzjuża b'tifkira ta' Caruana Galizia
  • Se jiressqu rikors fil-Qorti biex kull sors fl-investigazzjoni jiġi protett

Numru kbir ta’ ġurnalisti fosthom l-Editur tal-ILLUM Albert Gauci Cunningham u mill-gazzetta oħt Maltatoday, attendew għal mixja silenzjuża fit-toroq tal-Belt Valletta b’tifkira tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b’karozza bomba t-Tnejn li għadda.

Uħud minnhom kellhom f’idejhom kartelluni favur il-libertá tal-espressjoni u l-ħarsien tad-demokrazija.

Il-ġurnalisti se jkunu qed iressqu rikors fil-Qorti sabiex il-Maġistrat Anthony Vella, li qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Caruana Galiza, jaċċerta li kull sors li jista’ joħroġ mill-investigazzjonijiet li qed isiru jiġi protett.

Nhar il-Ħadd li ġej, bi qbil mal-Istitu tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), il-gazzetti kollha fosthom l-ILLUM se jkunu qed iwasslu messaġġ wieħed, li l-pinna tegħleb il-biża’.

Dawk preżenti għal din il-kommemorazzjoni ressqu għal darb’oħra kkundannaw l-qtil ta’ Daphne u ressqu l-kondoljanzi lill-familja Caruana Galizia.

More in Politika