L-ambaxxata Russa f'Malta irrifjutat kategorikament l-allegazzjonijiet li interferiet b'xi mod fi kwistjonijiet lokali. Qalet li dawn l-allegazzjonijiet kontra l-pajjiż, "huma assolutament bla bażi u mhux veritiera."
Fi stqarrija, l-ambaxxata qalet kif qatt ma interferiet fl-affarijiet domestiċi tal-pajjiż, u li m'għandha l-ebda intenzjoni li tagħmel hekk fil-futur. Żiedet tgħid li "kull mistoqsija dwar dawn l-allegazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-hekk imsejħa 'servizzi ta' sigurtà tal-pajjiżi alleati' li qed ixerrdu din l-informazzjoni falza."
Kien fil-fatt is-sit intellegenceonline.com li ppubblika din l-aħbar ilbieraħ, fejn ġie allegat li r-Russja kienet involuta f'indħil fl-allegazzjonijiet dwar il-kumpanija Egrant.