Filmat | Biża' ta' indħil mill-Kremlin fl-allegazzjoni Egrant biex ipattuha lil Muscat

Rapport fuq is-sit intelligenceonline.com jgħid li teżisti biża' li l-whistlelower Russa setgħet kient mqabbda mill-Kremlin biex ir-Russi ipattuha lil Muscat talli ħadha kontra Moska

L-artiklu li deher fuq is-sit intelligenceonline.com
L-artiklu li deher fuq is-sit intelligenceonline.com

L-istorja dwar Egrant tkompli tieħu sfumaturi interessanti jekk mhux inkredibbli wkoll hekk kif is-sit intelligenceonline.com irraporta illi s-servizzi sigrieti Amerikani u Brittaniċi, bl-MI6 u s-CIA fuq quddiem huma ikkonċernati dwar possibilità ta' interferenza Russa fil-proċess elettorali Malti.

Ir-rapport li kien ippubblikat illum fuq dan is-sit partikolari jgħid illi xi uffiċjali qed jaraw din l-istorja, bl-allegazzjoni illi Egrant hija ta' Michelle Muscat, hija mossa biex il-PM Malti Joseph Muscat ikun iddistabilizzat hekk kif kien qed jopponi r-Russja, hekk kif Malta rrifjutat li tagħti fuel lil vapuri Russi li kienu fi triqithom lejn is-Sirja. Ir-Russi ma kienu ħadu pjaċir xejn b'din l-azzjoni, tant li kienet ikkundannata mill-Gvern Russu.

Intant dalgħodu l-Prim Ministru, waqt konferenza, qal illi jinsab infurmat b'dan il-każ u li s-servizzi sigrieti Maltin kienu infurmati wkoll b'dak li hemm il-biża' illi kienet storja vvintata mill-whistleblower Russa biex ikun distabilizzat il-pajjiż. 

 

More in Politika