Marlene Mizzi u Miriam Dalli, iż-żewġ deputati Parlamentari Ewropej tas-Soċjalisti ġew nominati fl-aħħar lista għall-unur tal-MEP tas-sena.
Marlene Mizzi hi nominata għall-Unur tal-Iżvilupp Agrikolu u Rurali flimkien ma' Julie Garling tal-Ingilterra u Nicola Caputo tal-Italja. Mizzi hi l-viċi president tal-Intergroup tal-animal welfare u ġiet nominata għax-xogħol kbir li tagħmel fuq l-animal welfare. Hi rnexxielha tiġbor l-appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija dwar l-animal welfare. Is-sena l-oħra mexxiet avveniment dwar il-welfare tal-papri għal mod kif jitmexxew l-irziezet tagħhom.
Miriam Dalli hi 'short listed' għall-Award 2017 dwar l-ambjent flimkien ma' żewġ deputati maskili, Bas Eickpout tal-Olanda u Giovanni La Via tal-Italja. Miriam Dalli għamlet isem fil-Parlament Ewropew għall-professjonalità tagħha u x-xogħol kbir tagħha, li jinkludi l-kawża tal-industrija Maltija f'dak li għandu x'jaqsam l-ambjent.
Is-sena li għaddiet Miriam Dalli, Therese Comodini Cachia u Roberta Metsola kienu rebħu dan l-unur fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
Ġie mħabbar ukoll li s-serata se tkun immexxija mill-MPE Maltija Roberta Metsola.