'Biex issir ġustizzja fuq il-korruzzjoni, vvota lill-Partit Nazzjonalista '

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza attività politika bit-tema ‘Nirnexxu lkoll flimkien’ fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema


Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda s-sena billi ddikkjara li jrid jikkumbatti l-korruzzjoni iżda huwa l-Partit Nazzjonalista li qiegħed jiżvela l-iskandli talgvern stess u jkun il-vuċi tal-poplu kontrihom. Biex issir ġustizzja fuq liskandli ta’ korruzzjoni, l-poplu Malti u Għawdxi għandu jivvota lill-Partit Nazzjonalista.  
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza attività politika bit-tema ‘Nirnexxu lkoll flimkien’ fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema. 
Simon Busuttil qal li din is-sena li qiegħda tispiċċa kixfet kif, kuntrarju għal dak li jgħid, il-Prim Ministru huwa proprju il-kenn tal-korruzzjoni. Busuttil semma’ l-għaxar l-ikbar skandli li rajna din is-sena, u spjega li kollha juru kif l-istituzzjonijiet indipendenti u il-Pulizija illum huma mfixkla milli jaqdu dmirhom u jissalvagwardjaw id-demokrazija f’pajjiżna. 
Simon Busuttil fakkar kif is-sena bdiet bl-iskandlu Gaffarena – każ ta’ korruzzjoni li konna għadna ma rajna bħalu, fejn il-gvern għadda tliet miljun ewro għal nofs dar fil-Belt. Minkejja li dan l-iskandlu ħasad lil kulħadd, dan kien għadu ma huwa xejn ħdejn dak li kien għad irid joħroġ. 
Fi Frar il-Gvern ried idaħħal idejh fil-ġudikatura wkoll billi nnomina żewġ persuni qrib il-Partit Laburista bħala maġistrati anke jekk dan kien bi ksur tal-Kostituzzjoni. Simon Busuttil semma’ kif il-Gvern ma waqafx hemm u ftit ġimgħat ilu biss appunta lill-ekx Deputat Mexxej tal-Partit Labursita bħala Imħallef. 
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li f’Marzu faqqa l-iskandlu tal-iskandli meta Ministru ewlieni fil-kabinett ta’ Muscat u ċ-chief of staff tal-Prim MInistru stess inqabdu li kien fetħu kumpaniji sigrieti ġewwa l-Panama ftit jiem biss minn meta l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni. Il-Prim Ministru ma ħa assolutament l-ebda passi dwar dan l-ikbar skandlu fl-istorja politika Maltija iżda, bil-wiċċ tost kollu, meta jitkellem jgħid li kien sod fiddeċiżjonijiet tiegħu. 
Aktar tard fis-sena il-Gvern ipprivatizza tliet sptarijiet pubbliċi, fosthom lunika sptar tal-istat f’Għawdex. Il-kuntratt ingħata lil persuni li m’għandhom l-ebda track record f’settur delikat bħas-saħħa imma Joseph Muscat għażel li jitħallsu 55 miljun ewro fis-sena għat-30 sena li ġejjin. 
Busuttil semma kif din iġġib xebh mal-ftehim li ġew żvelati dwar il-Power Station f’Marsaxlokk, fejn il-gvern qiegħed jobbliga lill-pajjiż  jixtri l-elettriku kollu li tipproduċi din il-Power Station għal 18-il sena sħaħ. Mhux hekk biss, iżda se l-gvern se jixtri l-elettriku bid-doppju ta’ dak li jinxtara millinterconnector. 
Fis-sajf il-gvern Laburista fittex li jappunta lil Alfred Mifsud bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali iżda minnufih dan inqabad li kien involut fi skandlu ta’ korruzzjoni ieħor. Għalhekk il-Prim Ministru Joseph Muscat bidel il-ħsieb u żamm lil Mifsud Deputat Gvernatur minflok. Simon Busuttil qal li ladarba Mifsud mhux tajjeb għal Gvernatur, lanqas ma huwa tajjeb biex ikun Deputat Gvernatur. 
Jekk dan kollu ma kienx biżżejjed, ftit xhur ilu rajna wkoll il-masterplan korrott għal Paceville. Simon Busuttil ikkritika lill-Gvern li pprova jimpressjona lil kulħadd bix-xinxilli tad-disinni ħalli jaħbi dak li kien ifisser filverità il-pjan. Iżda fi ftit żmien ir-residenti u negozjanti żgħar f’Paceville indunaw li l-proprjetà tagħhom kienet se tittieħed u art pubblika kienet se tingħata lil negozjanti kbar. Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ wara dawk kollha milquta u jopponi dan il-masterplan. 
Wara s-sajf faqqa l-iskandu tal-visas mediċi fejn kien qiegħed isir tixħim minn fuq il-mard ta’ persuni f’kundizzjonijiet ħżiena. Għal darb’oħra, ilpersuna fil-qalba ta’ dan l-iskandlu kienet qed topera minn ġewwa Kastilja stess u kienet qrib ħafna tal-Prim Ministru. F’dan il-każ ukoll, il-Pulizija ma ħadet l-ebda pass. 
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-poplu Malti m’huwiex lest li jaċċetta li jgħix f’pajjiż fejn isiru oxxenitajiet ovvji u ma jsir xejn. Simon Busuttil qal li illum il-Pulizija għandha idejha marbutin. 
Ftit ġimgħat ilu, kompla Simon Busuttil, il-Gvern ħaseb li jnaqqas ir-rata talqgħad billi neħħa 600 ruħ minn fuq ir-reġistru u poġġiehom fi skema talGWU. Din l-iskema tħallashom bil-minimum wage u, imbagħad, il-GWU tieħu profitt ta’ madwar 100,000 ewro fix-xahar minn fuq dahar dawn ilħaddiema. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa skandaluż kif union li suppost tiddefendi l-ħaddiema tispiċċa tieħu vantaġġ minnhom. 
Hekk kif qed tagħlaq is-sena, insiru nafu wkoll li l-Ministru tal-Edukazzjoni appunta canvasser li ilu jafu aktar minn 20 sena f’pożizzjoni ta’ fiduċja fejn jitħallas 50,000 ewro fis-sena. F’din il-pożizzjoni il-persuna tal-għażla ta’ Bartolo jiddeċiedi u jikkontrolla il-budgets tal-iskejjel. Hu sostna li lismoking gun  
Evarist Bartolo kien jaf li l-canvasser tiegħu kien qed imur bic-cheques għand il-kuntratturi personalment u jitlob commissions, b’xogħolijiet li saru b’kuntratti rregolari. Hu rrefera għal dak żvelat illum, jiġifieri li t-total talammont ta’ ċekkijiet li mar bihom Caruana kien ta’ €9 miljun. Wara li ilhom joħorġu s-suspetti għal żmien twil Bartolo ċaħad li kien jaf qabel Awwissu, iżda malajr ħareġ li ilu jaf mill-inqas minn April. 
Simon Busuttil qal li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada li fiha jaħdem ilcanvasser ma’ rnexxiliex iżżomm ir-ritmu ta’ Gvern Nazzjonalista ta’ skola ġdida fis-sena, iżda il-canvasser stess f’sena waħda rnexxielu jtella’ blokka appartamenti fir-Rabat b’valur ta’ nofs miljun ewro. Iżda dan kollu, tenna Busuttil, ma jqajjem l-ebda suspett f’ moħħ il-Ministru Bartolo. 
Filwaqt li l-Gvern ta’ Joseph Muscat kompla jfaqqa’ skandlu wara l-ieħor, ilPartit Nazzjonalista kompla jissaħħaħ matul din is-sena. Simon Busuttil qal li kienet sena fejn il-Partit Nazzjonalista reġa’ qam fuq saqajh: fejn kien il-vuċi tan-nies li ħarġu jipprotestaw kontra l-korruzzjoni; il-vuċi tal-elettorat li kien insteraqlu żewġ rappreżentanti fil-Parlament; il-vuċi tal-ħaddiema kontra lprekarjat u tan-negozjanti ż-żgħar quddiem sfidi ġodda. 
 

More in Politika