FILMAT | 'Li kont flok Beppe kont noħroġ mill-politika sakemm isiru l-investigazzjonijiet' - Salvu Mallia

'Li kont jien flok Konrad Mizzi kont nirriżenja' - Glenn Bedingfield

Waqt id-dibattitu kkulurit bejn Salvu Mallia u Glenn Bedingfield fil-programm ta' TVM, XTRA mmexxi minn Saviour Balzan ħarġu żewġ stqarrijiet minn żewġ kandidati li qed jaspiraw li jkunu fil-Parlament fl-elezzjoni li ġejja, għalkemm Salvu Mallia għadu mhux konfermat uffiċċjalment xorta qed imur jitkellem fuq stazzjonijiet televiżivi f'isem il-Partit Nazzjonalista li hu qed jaspira li jikkontesta miegħu. Anke jekk qal li l-uniku kap tiegħu hi l-kuxjenza tiegħu u mhux Simon Busuttil.

Glenn Bedingfield li jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ammetta li kien hu flok Konrad Mizzi kien jirriżenja wara l-każ tal-Panama. Min-naħa l-oħra Salvu Mallia meta ġie mistoqsi dwar il-każ li qam din il-ġimgħa ta' Beppe Fenech Adami fil-każ ta' allegat  ħasil ta' flus f'kumpannija li hu kien direttur fiha,  qal li anke jekk se jagħmel l-għedewwa, "Li kont jien kont noħroġ mill-politika  sa ma jsiru l-investigazzjonijiet." Salvu mMllia reġa tenna li hu irid ikun fil-parlament biex ikun il-leħen ta' eluf li jridu jaraw lil Malta aktar nadifa.

More in Politika