Malta bl-akbar tkabbir ekonomiku sal-2025, il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara

Malta mistennija jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea kollha din is-sena u anke s-sena d-dieħla, skont tbassir tar-rebbiegħa maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea

Malta mistennija jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea kollha din is-sena u anke s-sena d-dieħla.

It-tbassir tar-rebbiegħa maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li ġie ppubblikat l-Erbgħa filgħodu, juri li Malta se jkollha tkabbir ekonomiku ta’ 4.6%.

Dan ifisser li Malta se jkollha rata ogħla anke mill-medja tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro, li hi biss ta’ 0.8%.

Dan it-tbassir qed juri rati aqwa minn dawk tal-ħarifa, bl-ekonomija Maltija smata li tikber b’sitt darbiet aktar mill-medja fiż-Żona Ewro. 

Malta se jkollha rata ikbar ukoll minn dak ta’ Franza u tal-Ġermanja, żewġ pajjiżi meqjusa bħala tnejn mill-akbar ekonomija, bi tkabbar ta’ 0.7% u 0.1%, rispettivament.

Skont it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea, Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku s-sena d-dieħla wkoll. Fil-fatt it-tbassir ekonomiku s-sena d-dieħla hu ta’ 4.3%.

Jekk dan iseħħ, Malta taqbeż għal darba oħra r-rata medja tal-pajjiżi taż-Żona Ewro, li mistennija tkun ta’ 1.4% is-sena ddieħla.

L-esperti internazzjoanli, responsabbli minn dan ir-rapport, attribwewha għall-prezzijiet tal-enerġija stabbli li ċ-ċittadini Maltin igawdu.

Jirreaġixxi għall-aħbar, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Kummissjoni Ewropea rrevediet ’il fuq il-prospettivi ekonomiċi, waqt li niżlet ’l isfel il-prospetti ekonomiċi fil-bqija tal-Ewropa. 

Innota kif, f’dan ir-rapport, qabżet l-aspettattivi kollha, “b’dan ikun ċertifikat ċar li Malta hi b’saħħitha.”

More in Politika