'Ninsabu f'sitwazzjoni qisna ħerġin minn film tal-mafja' - Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jgħid l-iskandlu tal-visas mediċi iddeġenera  b'mod li ġabna qisna f'xi film tal-mafja...

"Tant qed isiru skandli li ma tistax tlaħħaq magħhom" - Simon Busuttil

F’intervista fuq Radio 101, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil tkellem dwar sitwazzjoni li huwa qed jiddeskrivi bħala waħda li qisha “Ħierġa minn film tal-mafja…” fejn huwa żvela kif f’dawn l-aħħar siegħat il-persuna Libjana li kixfet l-informazzjoni dwar l-iskandlu tal-visas mediċi qed jigi persegwitata mill-awtoritajiet li suppost qed jipproteġuh.

Busuttil saħaq f’dawn l-aħħar tliet snin, “tant qed isiru skandli li ma tistax tlaħħaq magħhom…”

Busuttil stieden lis-semmiegħa jimmaġinaw sitwazzjoni fejn  “sirt taf informazzjoni taħraq dwar bniedem li jaħdem mall-PM f’kastilja. Meta int tmur għand l-awtoritajiet biex tiżvela dan, il-Pulizija flok jipproteġu lilek u l-informazzjoni… tispiċċa thedded lilek u t-tfal tiegħek”

Busuttil kompla jitkellem dwar Sms li rċieva x-xhud fejn huwa ġie mhedded li “jekk tikxef dokumenti jew recordings, se tispicca ħazin….” sitwazzjoni li Busuttil iddeskriva bħala xena minn film tal-mafja.

Busuttil imbgħad qal lis-semmiegħa jeqfu jimmaġinaw…ghax din il-ħaġa qed isseħħ vera, illum, fil-każ tal-Libjan li għandu informazzjoni dwar l-iskandlu tal-visas mediċi għall-Libjani biex jiġu Malta għall-kuri mediċi.

Biex jinghataw dawn il-visas, qal Busuttil, Neville Gafa, bniedem li jgawdi mill-fiduċja tal-Prim Ministru, kien qiegħed jixxaħħam biex jagħti dawn il-visas.

Busuttil saħaq li l-każ sploda wara infoprmazzjoni dwar 38,000 ewro fuq visas li ma hargux… “allura nghid jien,” qal Busuttil, “ kemm hemm tixħim ħafna aktar fuq visas li laħqu ħarġu. Miljuni f’tixħim għall-persuna mqabbda mill-PM”

Flok jinghata protezzjoni, dan ix-xhud qed jiġi mhedded, qal Busuttil hekk kif qara l-SMS li rċieva x-xhud Libjan.

“Khaled I give you a warning and this is your last chance. If you send any information or present any files or recordings about me or anyone from the staff of visa unit, you will never see your children again…”

"Khaled, qed inwissik li dan huwa l-aħħar ċans tiegħek. Jekk tibgħat xi informazzjoni jew tippreżenta dokumenti jew ‘recordings’ dwari jew dwar kwalunkwe mill-ħaddiema tal-visa unit, int qatt ma terġa’ tara t-tfal tiegħek…”

Busuttil tkaża li l-Awtoritajiet flok jipproteġu bniedem li qed jikxef skandlu, qegħdin jheddu lill din persuna. Din hija “Problema kbira b’rabta bejn kastilja u l-kriminilaità. Problema ta’ gravità kbira” qal Busuttil.

Busuttil qiegħed Jjtlob lill Prim Ministru, l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali biex dan il-xhud tingħatalu protezzjoni. Simon Busuttil qiegħed iżommom personalment responsabbli jekk jiġri xi ħaġa lill dan ir-raġel u l-familja tiegħu.

L-Appell ta’ Simon Busuttil huwa… “Għatu protezzjoni lil dan ix-xhud li għandu informazzjoni taħraq. Tħallux is-sitwazzjoni tiddeġenera.”

More in Politika