Il-mexxej tal-United Kingdom Independence Party (UKIP), Nigel Farage indirizza l-parlament Ewropew fid-dawl tad-deċiżżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-UE.
Farage, tkellem mal-membri tal-parlament b-kunfidenza kbira filwaqt li t-ton tad-diskors tiegħu kien wieħed kemmxejn sarkastiku, fejn anke f'mument minnhom indirizza l-membri tal-parlament u qalilihom "Ma tantx qed tidħqu issa... naf li hadd minnkom qatt ma kellu impjieg ta' veru, ħadem f'kumpanija jew negozju, jew irnexxielu joħloq impjieg." Dan qalu fil-kuntest li l-UE falliet milli tgħin lill-ħaddiem.
Minħabba l-kummenti sarkastiċi u l-kommossjoni li ħoloq id-diskors ta' Farage, huwa ġie nterrot bosta drabi u saħansitra kellhu jintervjeni Shultz biex jikkontrolla s-sitwazzjoni.
Farage spjega li l-vot tal-poplu Brittanniku wera x-xewqa li r-Renju Unit jerġa' jsir indipendenti u sovran, bil-possibiltá li l-gvern tiegħu jieħu deċizzjonijiet mhux iddettati mill-unjoni. "Din id-deċiżżjoni", saħaq Farage, "se toffri tama gdida", filwaqt li wissa l-parlament Ewropew li "r-Renju Unit mhux se jkun l-aħħar stat li jitlaq mill-UE."
Waqt li tkellem fuq is-sitwazzjoni tal-intrapriżi Brittanniċi li tul is-snin kienu effetwati negattivament mid-deċiżżjonijiet ta' Brussell, Farage stqarr li "Aħjar ma nilħqux arranġament, milli nibqgħu bl-arranġament ħazin li kellna s'issa mal-UE."
Farage temm l-indirizz tiegħu lejn il-parlament Ewropew billi fakkar lill-membri preżenti li r-Renju Unit għadu u se jibqa' ħabib u sieħeb fil-kummerċ ma' kullħadd, bl-istess mod kif dejjem kien qabel.