Zrinzo favur żieda gradwali fil-paga minima

...jgħid dan meta kien qed iniedi l-programm tiegħu għall-elezzjoni ta' Deputat Mexxej tal-PL

Fil-manifest li għadu kemm nieda ftit tal-ħin ilu Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar illi huwa favur iż-żieda fil-paga minima nazzjonali. Zrinzo Azzopardi għamel din id-dikjarazzjoni ftit jiem biss wara li kien maħruġ ir-rapport tal-Caritas u huwa l-ewwel politiku minn mindu kien ippublikat l-istess rapport li ħareġ pubblikament favur iż-żieda fil-paga minima nazzjonali. 

"Li poġġejna din il-kwistjoni fuq l-aġenda diġà huwa pass fid-direzzjoni t-tajba lejn soċjeta' fejn il-ġid huwa mqassam b'mod aktar ġust. Is-suċċess ekonomiku jfisser li rridu nikkonċentraw aktar fuq soċjetà ġusta."

 

More in Politika