Din il-ġimgħa Reporter se jkun qed jiddiskuti l-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess. X’inhu kunflitt ta’ interess u meta wieħed għandu jiddikjara kunflitt ta’ interess? U kunflitt ta’ interess hu etika jew xi ħaġa oħra? Il-ġurnalist jibqa’ ġurnalist meta l-istorja tinnota fatti oħra li jistgħu jimbarazzaw jew inaqqsu mil-linja editorjali tal-media li jkun jaħdem magħha hu? Dan u aktar ma’ Saviour Balzan f’Reporter, nhar it-Tnejn, fl-10.05pm fuq TVM b’ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm u l-Erbgħa fis-7pm, it-tnejn li huma fuq TVM2.
Segwu l-aħħar aġġornamenti fuq Twitter u Facebook.