Jekk il-Bank Nemea, li jopera onlajn biss u li għandu l-kwartieri tiegħu f'San Ġiljan ifalli kull depożitant ikollu ljedd li jingħata kumpens sa massimu ta' €100,000. Dan hekk kif il-bank li tiegħu l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa direttur flimkien ma' Joseph F.X Zahra jinsab taħt sorveljanza stretta mill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) fuq suspetti ta' amministrazzjoni ħażina.
Għalkemm l-bank ma ġiex iddikjarat fallut u kien biss mwissi dwar "nuqqasijiet regolatorji serji", jekk jiġri dan kull depożitant tal-bank, kemm jekk Maltin jew anke jekk barranin, jeħtieġ li jingħataw kumpens ta €100,000. Dan il-kumpens joħroġ, jew parti minnu joħroġ mill-Iskema 'Maltese Depositor Compensation' li skont ir-rapport annwali għas-sena 2014, fih total ta' ftit inqas minn €17.9 miljun.
Kull bank lokali huwa obbligat li jikkontribwixxi f'din l-iskema, b'kull bank jikkontribwixxi €1.1 miljun fl-iskema ikkumparat mas-€777,591.