Fi stqarrija l-PN qal li qed iqum interess kbir fit-talba tiegħu biex nies jagħtu €10,000 f'self lill-istess partit. Apparti l-interess kbir li l-PN qal li qed tqajjem din l-iskema qed tipi mfaħħra wkoll minn diversi professjonisti.
Il-PN qal li din hija skema li "ġiet imfaħħra minn persuni minn barra ż-żewġ partiti politiċi bħala skema professjonali li għandha tneħħi l-indħil ta’ min jaħseb li permezz ta’ donazzjonijiet sostanzjali, jista’ jixtri lill-partiti, u li din hija skema li għandha tiġi kkunsidrata minn kull partit politiku."
L-iskema spiċċat f'noifs kontrroversja fosthom bil-kumenti ta'Rosette Thake li mistoqsija jekk il-PN jagħtix garanzija li kull min jagħti dan is-self jieħodhomx lura wieġbet li "fil-ħajja xejn mhu garantit." Il-Gvern qed jakkuża lill-PN li ħareġ b'din l-iskema biex jiżgiċċa mill-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.