PL: 'Simon Busuttil aħjar idur dawra madwaru'

Il-Partit Laburista jfakkar illi Busuttil għadu mdawwar bl-istess nies tal-passat u jħeġġu jitkellem dwar Ann Fenech u Beppe Fenech Adami

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal illi "filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem il-ħin kollu fuq standards u onesta, huwa m’għandu l-ebda kredibilità li jagħmel dan, għax m’għandu l-ebda awtorità morali, mhux biss għax meta affaċċjat b’każ huwa stess, dak ta’ Għawdex huwa m’għamel xejn, iżda għax għadu mdawwar bl-istess li ħadem magħhom spalla ma’ spalla u li fuqhom ma qal xejn"

L-istqarrija tkompli tgħid li "jekk xi darba Busuttil irid li xi ħadd jieħdu bis-serjetà, qabel ma jitkellem fuq standards, għandu jlissen kelma fuq Ann Fenech u jgħid min huma l-benefiċċjarji wara l-kumpaniji fil-Panama, għandu jitkellem fuq Beppe Fenech Adami li ma jridx li jwieġeb mistoqsijiet fuq in-negozju tiegħu, fuq Claudio Grech li nqabad ma jgħidx il-verità taħt ġurament fil-Parlament, fuq Tonio Fenech li rċieva r-rigali u li xtara karozza m’għand il-Gvern għal prezz mizeru mill-ammont mixtri u fuq Jason Azzopardi li għandu każ wara l-ieħor fosthom dak tal-Fekruna, dawn fost oħrajn."

"Qabel jitkellem fuq ħaddieħor, Simon Busuttil għandu jdur dawra madwaru" ttemm tgħid l-istqarrija.

 

More in Politika