Il-Prison Leave jissarraf f'xogħol fil-komunita'

Ħabsin qed jagħmlu xogħol fil-komunita' waqt il-prison leave tagħhom
Ħabsin qed jagħmlu xogħol fil-komunita' waqt il-prison leave tagħhom

Għadd ta’ residenti mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin reġgħu bdew jagħmlu xogħol fil-komunità ma’ diversi kunsilli kokali kif ukoll ma’ għaqdiet nongovernattivi, dan wara li daħlu fis-seħħ direttivi ministerjali dwar il-Prison Leave 1 tal-2016, kif approvati mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.

Matul l-aħħar xhur, saret ħidma biex id-direttivi dwar Prison Leave 1/2013  jiġu aġġornati sakemm daħlu fis-seħħ id-direttivi l-ġodda. Saru wkoll sett ta’ regoli u kundizzjonijiet  għal kull min joffri opportunità ta’ xogħol fil-komunità, kif ukoll regoli u kundizzjonijiet għar-residenti nfushom li jintrabtu li josservaw qabel ma jingħataw dan il-leave.

an huwa proċess li bih aktar residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qegħdin jingħataw l-opportunità biex ikomplu bil-programm tar-rijabilitazzjoni tagħhom bi tħejjija għal meta jiskontaw is-sentenza tagħhom u jerġgħu lura fis-soċjetà.

 

More in Politika