Fid-dawl ta’ dak li ġara f’Pariġi nhar il-Ġimgħa li għadda, Reporter jistieden lill-Ambaxxtriċi Franċiża għal Malta Béatrice le Fraper du Hellen. Saviour Balzan jintervista lill-Ambaxxtriċi u jistaqsi dwar dak li seħħ u r-riperkussjonijiet tiegħu bħalissa fil-kapitali Franċiża.
Fit-tieni parti jitkellem ma’ Jason Azzopardi mill-Partit Nazzjonalista dwar dak kollu li qed jiġri fix-xena politika lokali fl-eku tar-riżenja ta’ Joe Cassar fl-aħħar jiem u dak li għandu jsir issa.
Reporter illejla fl-10.05pm fuq TVM b’ripetizzjoni għada fis-1.30pm fuq TVM2. Minn għada mbagħad tistgħu ssibu kopja tal-programm fuq www.tvm.com.mt