Persuni bi qliegħ baxx u medju se jiffrankaw bejn €90 u €210 f’taxxa

160,000 persuna se jaraw tnaqqis ... sal-ewwel €9,100 mhux se jkunu intaxxati.

Għal darb’oħra l-Gvern se jerġa jnaqqas it-taxxa tad-dħul bil-konsegwenza li dawk bl-anqas qliegħ se jkunu qed igawdu l-aktar. Fil-fatt il-Gvern għadu kemm ħabbar illi persuna b’dikjarazzjoni singola sa €9,100, koppja li jiddikjaraw taxxa konġunta li jaqilgħu sa €12,700 u persuna bid-dikjarazzjoni ta’ ġenitur li taqla’ sa €10,500 mhux se jibqgħu jħallsu taxxa.

Apparti dan, xejn inqas minn 160,000 persuna se jkunu qed igawdu minn tnaqqis ta’ bejn €90 u €210 fis-sena.

Persuna single li taqla €19,500 se tiffranka €90, persuna b’dikjarazzjoni singola ta’ ġenitur, €105, persuni b’dikjarazzjoni konġunta, €120, koppja miżżewġa b’komputazzjoni singola, €180  u koppja miżżewġa li jaqilgħu €21,000, se jiffrankaw €210.

Dawk li sal-lum ma ħallsux taxxa se jibqgħu ma jħallsux.  

More in Politika