Periklu minn sit ta' kostruzzjoni fl-Imsida

Qarrejja ta' dan is-sit jilmentaw dwar il-periklu ta' dan il-post u jitolbu azzjoni

Il-perikli minn sit ta' kostruzzjoni fi Triq San Alwiġi, l-Imsida
Il-perikli minn sit ta' kostruzzjoni fi Triq San Alwiġi, l-Imsida

Qarrejja ta' dan is-sit bagħtet ritratt ta' sit ta' kostruzzjoni fi Triq San Alwiġi fl-Imsida. Mal-ILLUM hija saħqet illi dan il-post, kif jidher fir-ritratt, qed ikun ta' periklu minħabba li jinsab miftuħ. Kif jidher fir-ritratt ukoll ammont ta' terrapien u anke knaten qed jispiċċaw fuq il-bankina u lilhinn.

Il-qarrejja ta' dan is-sit staqsiet kif ħadd mill-Building Regulations Office ma ħa azzjoni dwar dan u qalet ukoll li baqgħet bla risposta meta ċemplet lill-Ministeru kkonċernat. 

More in Politika