Investigat allegat abbuż fuq anzjani f’SVPR

Il-pulizija mitluba tinvestiga allegat abbuż fuq anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, il-PN jikkundanna kull tip ta’ abbuż

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Il-pulizija qed tinvestiga każ ta’ allegat abbuż fuq anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qal li lbieraħ daħal rapport dwar allegat abbuz fuq resident. Wara li daħal dan ir-rapport, it-tmexxija ħadet l-azzjonijiet neċessarji u l-każ għadda il-pulizija għal aktar investigazzjoni.

Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li huwa kategorikament jikkudnanna kull tip ta’ allegat abbuż fuq l-anzjani. Paula Mifsud Bonnici u Robert Cutajar, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista fuq il-politika soċjali u d-drittijiet tal-anzjani rispettivament, qalu li l-partiti politiċi għandhom dejjem aktar jaħdmu sabiex jiżguraw li d-drittijiet tal-anzjani jkunu mħarsa u li qatt ma jkun hem abbużi tal-ebda tip.

“Il-Partit Nazzjonalista jisħaq ukoll l-importanza li l-Gvern juża dejjem l-istess riga f’kull każ ta’ allegat abbuż li jasal quddiemu. Il-Partit Nazzjonalista għalhekk jikkundanna wkoll kull nuqqas ta’ aġir mill-Gvern dwar kwalunkwe każ ta’ abbuż fuq l-anzjani. Hekk biss nistgħu niżguraw il-protezzjoni tal-anzjani u tad-drittijiet tagħhom.”

More in Politika