L-Ewropa tgħid Le lill-Greċja

Il-Ministri tal-Finanzi tal-UE ma jaċċettawx li jagħtu estensjoni lill-Greċja. Muscat iserraħ ras il-Maltin dwar il-banek lokali u s-self li pajjiżna ta' lil dan il-pajjiż.

Jidher li tiela sħab iswed sew kemm għall-Greċja kif ukoll għall-UE u ż-żona ewro hekk kif għadu kif kien mħabbar illi l-Ministri tal-Finanzi Ewropej m'aċċettawx li jestendu programm ta' bailout lilhinn minn nhar it-tliet li ġej. Dan ifisser li l-Greċja trid tħallas €1.6 biljun sa nhar it-tlieta.Mingħajr fondi ġodda mistenni li ż-żona ewro tidħol f'inkwiet ekonomiku u finanzjarju kbir.

Intant minn Brussell il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura lill-midja li Malta u l-banek Maltin mhux se jkunu qed jintlaqtu ħażin. Filwaqt li għamel din ir-riassigurazzjoni Muscat serraħ ras il-poplu Malti li f'każ li l-Greċja titlaq miż-żona Ewro il-€177 miljun li tħallsu minn Malta xorta jitħallsu lura.

Huwa qal li d-deċiżjoni li l-Greċja isejjaħ referendum f'dan il-punt kienet xi ħaġa "irrisponsabbli"

 

More in Politika