Daħħalna aktar flus milli ħriġna fl-ewwel xhur tal-2015

Il-PM Joseph Muscat iħabbar surplus fl-ewwel kwart tas-sena

It-tweet tal-Prim Ministru
It-tweet tal-Prim Ministru

Fi tweet illum il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar illi Malta kellha riżultati pożittivi fil-finanzi hekk kif fl-ewwel kwart ta' din is-sena kien reġistrat titjib fil-bilanċ tal-pagamenti. Huwa żvela wkoll kif fl-ewwel xhur ta' din is-sena kien reġistrat 'surplus', li jfisser illi l-pajjiż daħħal aktar flus milli ħareġ f'dan il-perjodu. Għalkemm dan is-surplus għadu seħħ fl-ewwel kwart tas-sena biss, il-pajjiż kien dara jisma' lill-mexejja tiegħu jitkellmu dwar dejn u defiċit, li allura jagħmel it-tweet ta' Muscat xi ftit jew wisq sinifikattiv.

More in Politika