21 grupp jeżiġu protezzjoni tal-art f’żoni ODZ

Iħeġġu l-pubbliku jattendi l-protesta li se ssir nhar is-Sibt

Iħeġġu l-pubbliku jattendi l-protesta li se ssir nhar is-Sibt
Iħeġġu l-pubbliku jattendi l-protesta li se ssir nhar is-Sibt

21 grupp qed jeżiġu protezzjoni tal-art f’żoni ODZ u fl-istess waqt jisħqu li biex jinħarġu permessi ta’ bini f’dawn iz-zoni jrid ikun hemm il-vot ta’ żewġ terzi tal-parlament.

Astrid Vella minn Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li l-politiċi qed jaraw biss flus quddiem għajnejhom waqt li kkritikat ukoll lill-MEPA li qed tiffaċilita dawn il-permessi minflok li sservi ta’ regolatur.

Vella ħeġġet lill-pubbliku sabiex isemma’ leħnu billi jattendi l-protesta li se ssir nhar is-Sibt

L-Għaqdiet li  sehem fil-konferenza stampa ta’ dalgħodu kienu Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Ramblers Association, Graffitti, Din l-Art Ħelwa, National Independent Forum for Sustainability, Birdlife Malta, Youth for the Environment, Greenhouse Malta, MOAM, NatureTrust Malta, Integra Foundation, Platform of Human Rights Organisations in Malta, Organisation for Friendship in Diversity, Aditus, Gender Liberation, The Critical Institute, KSU, Students’ Philosophical Society, ADZ Green Youth, u l-Ġiżwiti.

More in Politika