Il-kontijiet tad-dawl f’Malta raħsu b’26.2%

Fl-Ewropa l-kontijiet għolew b’medja ta’ 2.9%

Fl-Ewropa l-kontijiet għolew b’medja ta’ 2.9%
Fl-Ewropa l-kontijiet għolew b’medja ta’ 2.9%

Il-gvern qal fi stqarrija li l-istatistika tal-Eurostat ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Gvern Malti li jraħħas il-kontijiet tad-dawl tat nifs lill-familji f’pajjiżna. Qal li ċ-ċifri juru li l-familji Maltin u Għawdxin raw l-akbar tnaqqis fil-prezz tad-dawl f’din l-aħħar sena. Dan għax il-kontijiet f’Malta raħsu b’26.2%. Bħala medja, madwar l-Ewropa, il-kontijiet għolew bi 2.9%, bl-ogħla żieda tkun ta’ 10.2% fi Franza.

L-istqarrija tgħid li Malta llum għandha t-tielet l-inqas prezzijiet tal-elettriku minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fejn bħala medja, il-familji Maltin u Għawdxin iħallsu €12.47 għal kull 100 kilowatt ta’ enerġija li jikkunsmaw. Dan meta fl-Unjoni Ewropea, bħala medja, il-konsumatur Ewropew iħallas €20.79, jew 67% aktar minn f’pajjiżna. L-aktar pajjiż b’kontijiet għoljin huwa d-Danimarka, fejn kull 100 kilowatt enerġija jiswa €30.35, jew darbtejn u nofs daqs f’pajjiżna. 

More in Politika